Thursday, May 27, 2010

The ugly duckling

Il-fellus l-ikrah


Darba kien hemm fellus ikrah li ma kellux ħbieb. L-annimali l-oħra tar-razzett kienu dejjem iwaqqgħuh għaċ-ċajt. Darba iddeċieda li jsib moħba tul ix-xitwa kollha. Ix-xemx reġgħet bdiet tiżreġ. Kienet reġgħet waslet ir-rebbiegħa. L-ewwel ħaġa li għamel meta ħareġ kienet li fetaħ gwenħajh. Ġox-xmara ra tliet ċinji sbieħ. Niżel ħdejhom u huma skantaw bil-ġmiel tiegħu. Kif ra r-rifless tiegħu ġox-xmara ta li ma' kienx għadu ikrah. Tgħidx kemm kien ferħan li kien sar ċinju sabiħ.
Shaniah Bonello, Luke Borg, Samira Buhagiar, Kieth Bonello, Raoul Biomonte


Darba waħda kien hemm papra u kellha seba' flieles u wieħed mill-flieles kien ikrah. It-Tnejn ommhom ħadithom jixorbu u ġew papri oħra. Bdew jiddieħku bih u jwaqqgħuh għaċ-ċajt. Għadda xahar u bdiet taqa' l-kesħa. Il-fellus l-ikrah ħarab u mar jistaħba ġo moħba tajba ġol-ħaxix. Bdiet is-sħana u ġiet ir-rebbiegħa. Il-fellus l-ikrah ħareġ mill-moħba u fetaħ ġwenħajh u beda jtir. X'ħin beda jtir ra tliet ċinji u niżel ħdejhom. Iċ-ċinji l-oħra baqgħu skantati bil-ġmiel tiegħu. Ħadd ma baqa' jwaqqgħu għaċ-ċajt.


Miguel Tabone, Damien Bugeja, Kieran Micallef, Bronwym Carabott, Eleanor Cogzell



Darba kien hemm fellus ikrah. Dan sab moħba għax kienet ġejja ix-xitwa. Iċ-ċinji u l-papri l-oħra kienu bdew jidħku bih għax kien fellus ikrah. Issa il-fellus kiber u sar sabiħ. Anke ġwenħajh kienu saru sbieħ u kbar. Beda itir u meta rawh itir iċ-ċinji l-oħra baqgħu iċċassati lejh daqs kemm kien sar sabiħ. Issa kien sar ferħan.

Shania Mallia, Martina Micallef, Jake Attard, Benjamin Spiteri, Christopher Casha


Il-fellus l-ikrah sab moħba tajba għax kienet ġejja ix-xitwa. Il-fellus l-ikrah qagħad imgeddes tul ix-xitwa kollha. Meta ħareġ kienet ir-rebbiegħa. L-ewwel ħaġa li għamel kienet li fetaħ ġwenħajh u nduna li kienu kibru ħafna. Il-fellus mar ħdejn ix-xmara. Ħdejn ix-xmara lemaħ tliet ċinji sbieħ. Ic-cinji skantaw bil-ġmiel tiegħu. Issa l-fellus kien ferħan għax ma' kienx għadu ikraħ. Issa ħadd ma' qiegħed jiddieħak bih.

Kaya Callus, Jeremy Borg, Naomi Mizzi, Andrea-Marie Cauchi

Wednesday, May 26, 2010

Turu it-turist

Hawn taħt hawn ftit ritratti li ttieħdu l-ġimgħa l-oħra, meta it-tfal tal-klassijiet 3.1 u 3.2 telgħu fis-sala jiltaqgħu ma Turu. It-tfal għamlu ħafna logħob u attivitajiet dwar Malta u t-turiżmu.