Wednesday, March 28, 2012

Clean up the world!

Illum il-klassi tagħna flimkien ma xi tfal membri tal-EkoSkola u klassi min tar-raba' sena morna il-Ġnien tal-Istazzjon. Hawnhekk ġbarna xi weraq u karti li kien hemm mifruxin mal-ġnien. Imbagħad għal ħabta tal-ħdax u nofs ġew aktar studenti min skejjel oħra tal-madwar li kienu qed jagħmlu l-istess attivita tagħna imma f'postijiet pubbliċi oħra. Spiċċajna din l-attivita billi t-tfal kollha preżenti kantaw il-kanzunetta 'It's never too late to be an eco-warrior'.
Għal din l-attivita t-tfal u jiena flimkien bl-għajnuna tal-għalliema tal-arti bdejna nipreparaw. Fir-ritratti li ħa taraw se tindunaw li t-tfal lebsin flokkijiet bi print tad-dinja. Dawn il-flokkijiet għamluhom it-tfal. It-tfal se jidhru jġorru ukoll posters, dawn ukoll xogħol it-tfal.
Bravi tfal!

Monday, March 26, 2012

Spongebob

Il-ġimgħa l-oħra fil-klassi ġie jżurna Spongebob. :)
Dak inhar ktibna, tkellimna u pinġejna dwar dan il-karattru.

Home Economics Centre

Illum il-klassi tagħna marret l-Home Economics Centre. Hawnhekk tkellimna dwar ikel tajjeb għal saħħitna, speċjalment dwar il-kolazzjon ta' filgħodu. Hawnhekk it-tfal lagħbu ħafna logħob differenti, kif ukoll kielu platt ċereali u yogurt.

Friday, March 23, 2012

Ħarġa

Nhar it-Tlieta 20 ta' Marzu, il-klassijiet kollha tat-tielet sena żaru l-ġonna ta' San Anton, kif ukoll il-Ġnien tal-Kċina tal-President jew kif inhu magħruf 'The President's Kitchen Garden'.
Il-klassi tagħna bdiet billi dħalna fil-Ġnien tal-Kċina tal-President. Hawnhekk rajna frott u ħxejjex differenti li jinsabu miżrugħa f'dan il-ġnien. It-tfal żergħu ukoll xi żrieragħ u ħadnihom magħna l-iskola. Morna naraw ukoll l-annimali li jinsabu hawnhekk. Wara xi sagħtejn induru hawn qsamna u dħalna fil-Ġonna ta' San Anton. Hawnhekk waqafna nieklu u dorna u rajna ħafna fkieren, papri, fjuri u siġar. Spiċċajna din iż-żjara billi għamilna 'trunk rubbing'. Ġbarna ukoll xi weraq li kienu waqgħu mis-siġar ma l-art u ħadnihom magħna l-iskola, biex hemm għamilna 'leaf rubbing' u ktibna xi sentenzi dwar din il-ġurnata tagħna..
Hawn taħt tistgħu taraw xi ritratti li ħadt it-tfal waqt din il-ħarġa. :)


Egg experiment

This is what happened to white eggs when we left them overnight in some liquids. (water, milk, coffee, soft drink and vinegar).





Illum il-year3's kellhom sezzjoni ta' logħob tradizzjonali Malti fil-bitħa. Lgħabna il-passju, iż-żunżana ddur ddur, boċċi, żibeġ u bil-ħabel.

Hawn taħt ser issibu ftit mir-ritratti li ħadt lit-tfal waqt din l-attivita. :)

Thursday, March 22, 2012

Fractions

A fraction is a part of a whole.



The number at the bottom shows in how many parts the object is divided.


The number at the top shows the number of parts which are shaded.




This is what Logen and Nicole did in their free time.


Well done kids!


Wednesday, March 21, 2012

This is Christian's work.

Well done!

This is what Tristan Bugeja did with his compass.

Keep it up!

Għall- bejgħ

Din il-ġimgħa fil-klassi tagħna kellna ħafna affarijiet għall-bejgh. Dawn huma ftit mill-avvizi li għamlu t-tfal.









Bravi

This is what Nicole Sciberras did in her free time.

Well done Nicole!

Ix-xemx u r-riħ

Darba waħda kien hemm ix-xemx u r-riħ u għamlu mħatra. L-imħatra kienet min kien se jirnexxielu ineħħi l-ġlekk min fuq wieħed raġel. Min jirnexxielu jirbaħ. L-ewwel beda r-riħ. Beda jonfoħ kemm jiflaħ imma r-raġel beda jaqfel sewwa l-ġlekk u jżommu magħluq. Imbagħad bdiet ix-xemx. Din bdiet tisħon kemm tiflaħ. Dan kien hemm sħana li dan ir-raġel neħħa l-ġlekk. Għalhekk kienet rebħet ix-xemx.
Faith, Christian, Logen, Shaliziah


Darba ix-xemx u r-riħ għamlu mħatra. L-imħatra keinet dwar min kien se jirnexxielu jnezza l-ġlekk lil wieħed raġel . L-ewwel beda r-riħ. Beda jonfoħ kemm jinflaħ, imma ma rnexxielux. L-għada filgħodu kien imissa x-xemx. Ix-xemx għamlet ħafna sħana u tant għamlet sħana li rnexxielha ġġiegħel lil dak ir-raġel jinża l-ġlekk. Ix-xemx kienet rebħet.

Nicole S Kylie Kyle Liam


Ix-xemx u r-riħ għamlu mħatra. L-imħatra kienet dwar li jneħħu ġ-ġakketta ta’ waħda tifla jisimha Polly. –ewwel beda r-riħ. Dan beda jonfoħ kemm jiflaħ. Polly żammet iġ-ġakketta u baqgħet miexja. Issa kien imiss ix-xemx. Din bdiet tifa s-sħana. Meta bdiet tħoss is-sħana Polly malajr neżgħet iġ-ġakketta. L-imħattra kienet rebħitha x-xemx.
Leona Yelena NicoleP Maraya Isaac


Darba x-xemx u r-riħ kienu qed jiġġieldu fuq min jista’ jneħħi l-ġlekk min fuq xi raġel jew mara li jkunu għaddejjin mit-triq. Għalhekk għamlu mħattra ta’ min ineħħi l-ġlekk min fuq xi ħadd. L-ewwel bdiet ix-xemx. Kien hemm familja għaddejja u x-xemx bdiet titfa ħafna sħana, għalhekk l-familja ddeċidew li jmorru lura lejn id-dar. Issa kien imiss ir-riħ. X’ħin din il-familja reġgħet ħarġet ir-riħ beda jonfoħ kemm jiflaħ. Tant nefaħ li beda jtajjar kollox, u tajjar ukoll l-ġlekk tar-raġel tal-familja. Ir-riħ kien rebaħ.
Tamara Jesmon Martina Haley TristanB


Wednesday, March 14, 2012

Games!!! :)

Past tense games
rocket

frog

match

Aktar xogħol mingħand Leona





Brava Leona!

Jiena sufan.

Jiena jisimni Sufaninu u għandi tmien snin. Jiena qegħda ġo dar kbira ma’ Marika. Jiena sufan kbir u għandi kulur vjola u abjad. Nieħu gpst meta jpoġġu fuqi u jgħidu “Ahh, kemm hu komdu!” Niddejjaq ħafna meta t-tfal ta’ Marika joqgħodu jaqbżu fuqi. Darba minnhom ir-raġel ta’ Marika kien qed jiżboħ u ġie l-qattus u waqqa’ ż-żebgħa fuqi u b’hekk ġejt b’żewġ kuluri. Jien kuntenta ħafna li jien sufan għalkemm it-tfal dejjem jaqbżu fuqi.
Nicole Sciberras

 Jien sufan li jisimni Paninu. Jiena għandi għaxar snin u qiegħed fis-salott ta’ Martina u Katya. Il-kulur tiegħi huwa abjad u jien artab u komdu ħafna. Hemm xi kuxins ikkuluriti fuq żaqqi. Tgħidx kemm nieħu gost meta Katya jew Martina ifarfruni mill-frak tal-ħobż għax jgħarxuni. Imma tgħidx kemm niddejjaq meta Katya u Martina joqgħodu jaqbżu fuqi. Darba l-qattus u l-kelb ta’ Katya u martina telgħu fuqi u qagħdu jigirfuni. Ma tantx ħadt gost u l-mama’ tgħidx kemm għajtet! Jiena kuntent ħafna li jien sufan tassew sabiħ, kbir u komdu.
Nicole Porter

Jiena sufan jisimni Natuzzi. Jien għandi tleit snin. Jiena qegħda ġo villa kbira u sabiħa. Jiena sufan kbir u l-kulur tiegħi huwa roża. Jiena nieħu gost meta Ġuża toqgħod tnaddafni. Niddejjaq meta t-tfal ta’ Ġuża joqgħodu jaqbżu fuqi. Darba waħda Fredu r-raġel ta’ Ġuża beda jpejjep u raqad bis-sigareet f’idu u taqqabni. Jiena kuntent ħafna fil-villa ta’ Ġuża u ta’ Fredu.
Leona Grech

Jiena jisimni Sufaninu. Jiena għandi ħames snin. Jien qiegħed fid-dar ta’ Marisa. Jien ta’ kulur oranġjo u joqgħodu ħafna nies fuqi. Jiena nieħu gost meta nilgħab ma sħabi. L-iktar li niddejjaq meta l-qattus jiġi u joqgħod jigrifni. Darba fid-dar ta’ Marisa ġew il-mistednin u poġġew kollha u kont se ninqasam. Jien kuntent ħafna għax f’din id-dar għamilt il-ħbieb.
Haley Bugeja

Jiena jisimni Martina u għandi seba’ snin. Jiena ngħix ġod-dar ta’ Tanya Treeby. Jiena sufan kbir u għandi kulur roża skur. Nieħu gost ħafna meta t-tfal, Katya u Nicole jiġu jaqbżu fuqi. Tgħidx kemm nieħu gost narahom jaqbżu ‘l fuq u ‘l isfel! Niddejjaq meta r-raġel ta’ Tanya, Michael jiġi jorqod fuqi għax tgħidx kemm jgħaffiġni. Jiena qabel kont għidt li kelli kulur roża skur imma qabel kelli kulur vjola bit-tikek sofor. Darba xi ħadd ħalla ż-żebgħa fuqi, ġie l-kelb u waqgħu fuqi. Imma xorta kuntenta li ngħix hawnhekk.
Martina Treeby

Jiena jisimni Sufaninu. Għandi ħames snin. Jien noqgħod ġo dar sabiħa li hija ta’ Marija. Jiena kbir u għandi kulur aħmar bi strixxi sofor. Jiena nieħu gost meta Marija taħsilni. Jiena niddejjaq meta r-raġel ta’ Marija jorqod fuqi għax tgħidx kemm jonħor. Darba r-raġel ta’ marija kien qed ipejjep u waqqa’ ftit tabakk fuqi u għamilli toqba. Jiena kuntent li noqgħod ġod-dar ta’ Marija.
Christian Borg



This is some of Leona's work.







Well done Leona. :)

Monday, March 12, 2012

Yr 3.1 won

Our class won the year group water conservation posters competition.
A few weeks ago as part of the EkoSkola campaign each year group was assigned a task to draw posters. The year 3's drew posters about water conservation measures.


All children in class worked hard and deserved to win.
Well done kids!