Wednesday, June 13, 2012

Il-qattus tat-triq

Jien qattus tat-triq u jisimni Kylie. G]andi kulur griż. Jien noqgħod ġo parapett ta' waħda mara li jisimha Katy. Jien għandi tlett ħbieb qtates bħali li jisimhom Mijċa, Suki u Buxu. Jien nħobb nara t-tfal jilgħabu. Katy toħroġ kuljum tagħtini niekol u nixrob. Ħafna drabi tagħtini ħut biex niekol u ilma biex nixrob. Jien kuntenta ħafna li jien qattus tat-triq.
Kylie Pace

Jien qattus griż li ngħix fit-triq. Jien jisimni Leona. Jien norqod taħt xi karozza jew taħt xi siġra. Jien għandi ħafna ħbieb qtates bħali jgħixu miegħi fit-triq. Jien niekol dak li nsib fit-triq u nixrob min xi għadira tal-ilma. Jien nħobb ħafna niġri wara xi ġurdien.
Leona Grech

Jiena qattusa tat-triq u jisimni Nicole. Għandi ulur oranġjo b'tikka żgħira fuq imbieħri. Jiena noqgħod barra ġo ġnien. Għandi familja kbira, aħna qegħdin erbgħa. Jiena għandi ħafna ħbieb, fosthom għandi lil Nicole, Faith, Martina u Kylie. Dawn huma kollha qtates bħali. Jiena nħobb nilgħab mal-ħbieb u nħobbu boqgħodu fix-xemx. Hemm mara twajba li toqgħod ħdejn il-ġnien li toqgħod ittini niekol u nixrob filgħodu, f'nofsinhar u filgħaxija.
Nicole Sciberras



Tuesday, June 12, 2012

Happy birthday Leona!  :)

Monday, June 11, 2012

Is-saħħara Karminja








Is-saħħara Karminja kienet tagħmel lit-tfal ferħana. Hija kellha qattus iswed li kien imur magħha kullimkien. Karminja kienet tħobb iġġor magħha kitla imdendla mal-ixkupa. Kienet tilbes libsa twila sewda u maktur mgeżwer ma rasha, kellha ukoll żarbun iswed. Hi kienet toqgħod ġo dar żgħira fil-bosk. Id-dar tagħha kienet nadifa ħafna. Kellha borma kbira u fiha kienet tagħmel il-maġija tajba. Karminja kienet tħobb tiekol saqajn iż-żrinġijiet. It-tfal kienu jħobbu ħafna iżuru d-dar ta' Karminja
Kylie Pace

Karminja s-saħħara kienet vera saħħara tajba. Kellha libsa saħra għax l-isfar jagħmilha ferħana. Hi mal-ixkupa kienet iżżomm kitla griża. Ġo din il-kitla kienet iżżomm xi ħelu għat-tfal bravi. Karminja kellha qattus iswed daqs faħma. Kienet tilbes ukoll kowt oħxon ħafna u maktur ma' rasha. Hi kellha xkupa maġika u kienet ittir minn post għall-ieħor fuqha. Meta kienet tara xi tfal kienet ixejrilhom u tidħkilhom. Karminja kienet vera saħħara tajba u ferriħija.
Nicole Porter

Din hija s-saħħara Karminja. Is-saħħara ittir bl-ixkupa mal-qattus Nigru. hi tħobb tilbes ħwejjeġ ħomor. Hi tħobb iżżur lit-tfal u ittihom xi ftit ħelu. Ma rasha għandha maktur. Hi tħobb taqra stejjer lit-tfal, tfejjaqhom meta jkunu morda u tgħin lil bdiewa fix-xogħol tagħhom. Lit-tfal tfejjaqhom billi ittihom ftit misħun maġiku li iġġor magħha fil-kitla. Lis-saħħara kulħadd iħobbha għax dejjem tiprova tagħmel lil kulħadd ferħan.
Nicole Sciberras

Is-saħħara Karminja hija saħħara tajba mhux bħas-saħħara Malinja. Hina qasira u ferrieħija. Għandha libsa vjola u żarbun iswed. Fuq il-libsa hija dejjem tilbes fardal isfar nit-tikek ħomor u ħodor. Karminja tħobb tilbes maktur oranġjo ma rasha għax tħobb ħafna il-larinġ. Hija tħobb ittir fuq l-ixkupa l-ġdida tat-tiben. Meta ittir hija tieħu magħha lil qattus l-iswed u l-kitla maġika. Karminja tħobb tidħak ħafna. Karminja tħobb ħafna lit-tfal.
Christian Borg

Bravi tfal


Friday, June 1, 2012

Jiena żrinġ

Jien jisimni Żrinġina. Jiena għandi tmien snin. Jiena ngħix ġo għadira il-Buskett. Inħobb niekol l-insetti. Jiena inħobb naqbeż minn fuq werqa għal oħra. Il-ħbieb tiegħi huma il-bebbuxi, il-papra u l-ħuta. Jien kuntenta li jiena żrinġ għax inħobb inċafċaf fl-ilma.
Maraya Aquilina

Jiena żrinġ u jisimni Isaac. Jien għandi seba' snin. Jien ngħix ġo għadira. Jiena żgħir u kuluri huwa aħdar. Jien inħobb niekol l-insetti. Jiena nħobb ħafna naqbeż ġo l-ilma mal-ħbieb. Jiena għandi żewġ ħbieb tal-qalb li huma Christian il-farfett u Kylie ż-żrinġ. Jien ninsab kultent ħafna li jien żrinġ.
Kyle Magri

Jiena żrinġ u jsimni Nicole. Jiena għandi tmien snin u ngħix ġo għadira fil-Buskett. Jiena ferriħija ħafna, nħobb noqgħod inċafċaf u naqbeż min fuq werqa għal oħra. Inħobb niekol ħafna l-insetti imma l-iktar insett favorit tiegħi huma id-dubbien għax fihom ikla tajba. Jiena nħobb ħafna nilgħab mal-ħbieb. Jiena għandi ħafna ħbieb, fosthom għandi sitta. Tristan il-ħuta, Faith il-farfett, Kylie iż-żrinġ, Nicole l-għasfur, Isaac is-serp u Christian il-bebbuxu. Jiena kuntenta ħafna li jiena żrinġ għax għandi ħafna ħbieb u għandi familja kbira.
Nicole Sciberras

Jiena żrinġ u jisimni Martina. Għandi seba' snin u ngħix ġo għadira fil-Buskett. Jiena għandi l-ġilda ħadra u n-nies bl-ingliż jgħiduli 'amphibian', jiġifieri li jiena nista noqgħod fuq l-art u taħt l-ilma. Mela darba jiena u l-ħbieb tiegħi Nicole l-ħuta, Tristan iż-żrinġ u Mark il-ħuta morna nagħmlu l-iżjed ħaġa li nħobb li kienet nsibu l-ikel tagħna. Nicole għajtet twerżiqa kbira. "Martina! Dak it-tifel se jaqbdek!" Jiena dort imma ma rajt xejn. Bumm! F'daqqa waħda sibt ruħi ġo bott tal-kunserva. It-tapp kien miftuħ u qbiżt fuq it-tifel. It-tifel kien se jerġa' jaqbadni meta Tristan qabeż fuq wiċċu u ħallieli biżżejjed ħin biex naqbeż ġo l-għaditra. Meta qbiżt ġo l-ilma waqajt fuq ġebla u weġġajt saqajja.Mark rali saqajja u rabatli biċċa ħaxixa tal-baħar magħha. Jiena kuntenta li jiena żrinġ għax għandi ħbieb ta' vera.
Martina Treeby

Jien jisimni Logen u jiena żrinġ. Jiena għandi seba' snin. Jiena ngħix f'għadira ilma. Jiena żrinġ żgħir u mqareb. Jien nħobb niekol insetti żgħar. Inħobb ħafna ninħasel u naqbeż. Għandi ħafna ħbieb żrinġijiet bħali. Jien kuntent ħafna li jiena żrinġ għax għandi ħajja sabiħa ħafna.
Logen Attard

Jien żrinġ. Jien jisimni Żrinġa. Jien għandi tmien snin. Jien ngħix il-Buskett ġo għadira kbira. Jien naqbeż ħafna fl-għoli. Jien niekol dubbien u nsetti. Jien inħobb naqbez. Jien għandi erba' ħbieb tal-qalb. Dawn il-ħbieb jisimhom Faith il-farfett, Kylie il-bebbuxa, Leona id-dubbiena u Yelena l-ħuta. Jien kuntenta ħafna li jien żrinġ għax inħobb inċafċaf ġo l-ilma.
Shaliziah Buttigieg

Jien żrinġ jisimni Michelle u għandi tmien snin. Ngħix f'għadira kbira u jien ngħix mal-familja tiegħi. Tgħidx kemm inħobb naqbeż min ġebla għal oħra, imma ħija joqgħod iċafċaf l-ilma fuqi u jien nispiċċa naqa. Jien inħobb niekol ħafna weraq u nsetti, imma nsetti ma tantx insib għax inkun ġa kilthom qabel. Għandi ħafna ħbieb, fosthom Nicole il-farfett, Kylie iż-żrinġ u Martina il-bebbuxa. Jien kuntenta ħafna għax għandi ħafna ħbieb.
Faith Frendo

Jiena żrinġ u jisimni Żrinġa. Jiena għandi tlett snin u ngħix ġo għadira kbira ġewwa l-Buskett. Il-kulur tiegħi huwa aħdar skur u taħt żaqqi aħdar ċar. L-ikel favorit tiegħi huma l-insetti. Jien nħobb ħafna inċafċaf fl-ilma. Jiena għandi ħafna ħbieb fosthom Tristan id-dubbiena, Shaliziah il-farfett, Isaac is-serp, Logen l-għasfur u Christian il-bebbusu. Jien kuntenta ħafna għax jien żrinġ għax għandi ħafna ħbieb u familja kbira.
Haley Bugeja