Illum kienet ġurnata mimlija attivitajiet speċjali dwar l-ikel tajjeb għas-saħħa tagħna. Kienet ġurnata ta' ferħ. Filgħodu lgħabna logħob tradizzjonali Malti. Li huma l-passju, iż-żunżana ddur ddur, il-qattus u l-ġurdien u bil-ħabel. Wara l-logħob għamilna l-ħalib bil-frott, banana u frawli. Sajjarna ukoll ħobż mixwi. Wara li kilna kollox inqsammna fi gruppi ta' tlieta u pinġejna l-piramida tal-ikel. Fl-aħħar lgħabna logħob bil-kompjuter dwar is-saħħa tagħna.
Kemm ħadna gost!
Miguel Tabone, Shania Mallia, Eleanor Cogzell u Andrea Marie Cauchi. Yr 3.2
Ikel tajjeb għas-saħħa
Illum kienet ġurnata xemxija. Filgħodu nżilna fil-bitħa biex nilgħabu logħob tradizzjonali Malti. Lgħabna il-passju, iż-żunżana ddur ddur, bil-ħabel u il-qattus u l-ġurdien. Wara tlajna fil-klassi, kulħadd ħasel idejh u ħawwadna flimkien il-ħalib mal-frott frisk. Użajna frawli u banana. Wara għamilna ukoll il-ħobż mixwi. Vera kien tajjeb u kulħadd kiel u xorob kollox.
Christopher Casha, Jake Attard, Raoul Biomonte, Bronwyn Carabot u Keith Bonello. Yr 3.2
No comments:
Post a Comment