Friday, March 12, 2010

Anansi u s-serp


Dan huwa xi xogħol li għamlu t-tfal dwar il-ħarġa li kellna llum.

Anansi u s-serp

Illum kellna ħarġa. Morna l-iskola Guardian Angel il-Ħamrun. Hemmhekk smajna storja li jisimha ANANSI U S-SERP. Kien hemm ħafna annimali fl-istorja. Kien hemm serp, xadina, ċerva, Anansi l-brimba, għasafar, iljunfant, insetti u żebra. Kien hemm ukoll ħafna strumenti tal-mużika. Kien hemm vjolin, ċello, doubles bass, clarinet, saxaphone, dramm kit, pjanu, kitarra u flawt. Min din l-istorja tgħallimna li għandna naċċettaw lil kulħadd kif inhu u li ma għandniex nagħmlu ċajt goff lil xulxin.
KEMM ĦADNA GOST!
Miguel Tabone, Eleanor Cogzell, Jeremy Borg, Shaniah Bonello
Anansi u s-serp
Illum morna ħarġa mall-għalliema tagħna. Morna l-iskola Guardian Angel. Kif wasalna sibna ħafna għalliema tal-mużika jistennewna. Magħhom kien hemm ukoll l-għalliem tal-mużika tagħna. Kien hemm ukoll ħafna tfal. Fl-istorja li rrakuntawna kien hemm ħafna annimali differenti. Kien hemm xadina, iljunfant, ċriev, żebras u oħrajn. It-tfal kollha kellhom strument tal-mużika f'idejhom. Aħna daqqejna iċ-ċekkieka u konna minflok l-insetti. L-istorja kienet dwar kif l-annimali tal-gungla kienu se jeħilsu min Anansi li kienet brimba. Fl-aħħar spiċċat billi l-annimali kollha saru ħbieb. Aħna ħadna ħafna gost.
Keith Bonello, Kaya Callus, Jake Attard, Andrea Cauchi
Anansi u s-serp
Illum morna l-iskola Guardian Angel il-Ħamrun. Hemmhekk smajna storja dwar ħafna annimali tal-gungla. Anansi li kienet brimba bdiet iddejjaq lill-annimal l-oħra kollha. L-annimali l-oħra riedu ikeċċu 'l barra mill-gungla lil Anansi.
Anansi bdiet tagħmel l-għanqbud mal-qrun taċ-ċriev u bdiet iddejjaqhom. Anansi bdiet tagħmel l-għanqbud mas-siġar u bdiet iddejjaq lix-xadini. L-insetti bdew jibżgħu li jinqabdu ma xi għanqbuda li twaħħal mas-siġar. Anansi pruvat ħafna taqbad lis-serp, imma s-serp kien inteliġenti. L-istorja spiċċat billi l-annimali kollha saru ħbieb.
Kemm ħadna gost!
Christopher Casha, Naomi Mizzi, Samira Buhagiar, Damien Bugeja, Kieran Micallef, Martina Micallef


Naomi

Caprice


Kieran

No comments:

Post a Comment