Tuesday, May 10, 2011

Is-saħħara Karminja



Is-saħħara Karminja hi l-ħabiba ta’ Malinja. Din is-saħħara kienet dejjem tiġri fuq l-ixkupa. Mal-ixkupa kellha kitla mdendla. Karminja kellha qattusa sewda. Din kienet teħodha dejjem magħha. Karminja kienet tħobb tilbes il-maktur ma’ rasha u fardal. Karminja kienet mara naqra ħoxna. Hi saħħara ferriħija.
Matthias

Is-saħħara Karminja hija saħħara tajba. Is-saħħara għandha xkupa biex ittir. Mal-ixkupa għandha kitla mimlija maġija biex tfejjaq in-nies. Is-saħħara għandha qattus li jismu Pipu. Pipu huwa qattus iswed. Karminja hija ħabiba tas-saħħara Malinja. Is-saħħara Karminja tħobb ħafna lit-tfal. Is-saħħara Karminja hija ħelwa.
Ismael X

Darba waħda kien hemm saħħara. Dinis-saħħara jisimha Karminja. Karminja għandha wiċċa sabiħ ħafna.Karminja dejjem kienet iġġorr il-kitla magħha. Ġol-kitla kienet iżżomm trab maġiku. Magħha kienet iżżomm qattus iswed. Kinet tħobb ittir bl-ixkupa mal-qattus. Il-qattus tagħha jismu Nigru. L-ixkupa hija safra.
Casey

Din is-saħħara jisimha Karminja. Għandha qattus iswed u gustuż. Għandha xkupa nadifa u sabiħa. L-ixkupa li ttir biha għandha s-suf tagħha aħmar. Karminja għandha kitlablu. Ġol-kitla żżomm il-maġija. Din is-saħħara hija saħħara nadifa.
Elenia

Din is-saħħara jismha Karminja. Karminja hija l-ħabiba tas-saħħara Malinja. Karminja hija saħħara tajba. Magħha dejjem ikun hemm il-qattus tagħha Pizu. Karminja tħobb tgħin lil kulħadd.Hija kienet tmur minn post għal ieħor fuq l-ixkupa. Karminja qatt ma kienet tkun imdejqa. Hija kienet dejjem titbissem.
Dylan

Karminja hija saħħara tajba. Karminja għandha qattus iswed. Karminja għandha l-ixkupa kbira. Hija ittir fuq l-ixkupa.Karminja tilbes libsa twila. Karminja għandha fardal oranġjo. Hija għandha kitla ħamra mdendla ma’ l-ixkupa. Fil-kitla hemm il-mediċina.
Klyona

2 comments: