Għażiż Santa klaws Jiena jisimni Leona u għal dan il-Milied nixtieq mobile roża imma qabel tiġi għandi tinsiex lil dawk it-tfal foqra u lil dawk it-tfal li qegħdin l-isptar. U tinsiex il-ħalib u l-gallettini li sa nlestilek qabel immur norqod.
Grazzi
Dejjem tiegħek
Leona Grech
Għażiż Santa Klaws, Jiena jisimni Yelena. Jiena tifla Maltija, din is-sena nixtieq li ġġibli pupa sabiħa għalkemm jien diġa għandi pupi. Imma nixtieq li jkolli din il-pupa biex meta nilgħab biha niftakar fik għax inti raġel tajjeb ħafna. Ħaġa oħra ta’ l-aħħar, jekk jogħġbok ferraħ lil oħti ukoll billi ġġib pupa lilha ukoll u xi ħaġa lil dawk it-tfal fil-bżonn. Grazzi ħafna
Dejjem tiegħek
Yelena Pullicino
Għażiż Santa Klaws Jiena jisimni Logen Attard, noqgħod Birkirkara. Dan il-Milied nixtieq li ġġibli kamera tal-vidjows għax ilni nixtieqha ħafna u jekk jogħġbok tinsiex lil dawk it-tfal li huma anqas ixxurtjati minna u lil dawk it-tfal li huma foqra u bla dar.
Dejjem tiegħek
Logen Attard
Għażiż Santa Klaws, Jiena jisimni Isaac u mmur l-iskola tal-Kulleġġ Santa Tereża B’Kara. Din is-sena kont kwiet ħafna, kemm id-dar u kemm l-iskola. Kull sena naqla rigal sabiħ minn għandek. Din is-sena nixtieq Wii. Taħseb li tkun tista ġġorr ir-rigali tat-tfal kollha jew tqal wisq? Fuq il-mejda se nħallilek tazza ħalib kif ukoll xi ftit gallettini. Se nħallilek il-bieb miftuħ biex tgħaddi minnu. Grazzi ħafna Dejjem tiegħek
Isaac Cardona
Għażiż Santa Klaws Jiena jisimni Nicole. Kif inti? Min jaf kemm għandek x’tagħmel f’dan iż-żmien tal-Milied. Jiena ma’ nixtieqx rigal kbir għax ġa irċevejt rigal kbir għax twieldet oħti, jisimha Michela. Dan il-Milied jiena nixtieq ‘Jewelpet’ biex b’hekk inkun nista’ nilgħab ma’ oħti.
Dejjem tiegħek
Nicole Porter
Għażiż Santa Klaws Nispera li tinsab tajjeb. Jien ninsab tajba ħafna. Din is-sena mhux ħa nitolbok rigali imma ħa nħallilek xi ħaġa jien taħt is-siġra tal-Milied biex kif tkun hawn teħodha lil xi ħadd li m’għandux biex jilgħab.
Dejjem tiegħek
Shaliziah Buttiġieġ
Għażiż Santa Klaws Għal sena oħra qed nerġa nikteb, nispera li tinsab tajjeb, bħal ma ninsab jiena. Jekk issaqsini x’irrid għal din is-sena jekk hu possibli, ġo ħanut partikolari meta kont mal-mama’ nixtru, rajt fenek sabiħ u jiċċaqlaq. Issa ħa jkolli mmur għax sar il-ħin u ftakar fit-tfal l-oħra ukoll.
Dejjem tiegħek
Maraya Aquilina
Għażiż Santa Klaws Kif int? Jien ok. Jimsimni Faith u għandi seba’ snin. Noqgħod Birkirkara. Jien nixtieq Barbie bil-pool u lil ħija għax kien bravu ġiblu karozza kbira. X’ħin tinżel miċ-ċumnija se nħallilek tazza ħalib u ftit gallettini u għaċ-ċriev tiegħek ftit ilma u karrotti. Tinsiex lit-tfal foqra u morda jekk jogħġbok. Grazzi ħafna.
Dejjem tiegħek
Faith Frendo
BRAVI TFAL

No comments:
Post a Comment