Tuesday, January 24, 2012

Dawn huma xi sentenzi li kitbu it-tfal.

Jiena ħuta

Jiena ħuta kbira u jisimni Logen. Il-kuluri tiegħi huma aħdar u oranġjo. Jiena ngħix ġo vapur mgħarraq. Il-ħbieb tiegħi huma Leon il-kelb il-baħar u Faith il-balena. Kull filgħodu l-balena twassalni l-iskola. Hemm noqgħod nilgħab noli ma sħabi l-ħut l-oħra. Jien nibża ħafna mil-morina. Jien ninsab kuntent ħafna li ngħix ġol-baħar.
Christian Borg

Jiena jisimni Selena. Jiena ħuta kbira. Il-kulur tiegħi huwa roża u vjola. Jiena ngħix ġo vaska. Il-ħbieb tiegħi huma il-ħut l-oħra bħali li jgħixu miegħi ġol-vaska. Jiena mmur l-iskola biex nilgħallem. Jiena nibża mill-papri. Jiena mal-ħbieb inħobb nilgħab tellieqa. jien mhux kuntenta fil-vaska għax nixtieq li kont ngħix fil-baħar.
Yelena Pullicino

Jiena ħuta jisimni Selena. Jien ħuta żgħira ħafna. jien għandi żewġ kuluri roża u vjola. Jiena ngħix ġol-qiegħ tal-baħar. Jien għandi ħafna ħbieb imma l-aqwa ħbieb huma id-denfil u l-balena. Jiena mmur l-iskola ma sħabi l-ħut l-oħra. Jien nibża mil-kelb il-baħar. Jien inħobb intellaq mal-ħbieb. Jien kuntenta ħafna fil-baħar.
Leona Grech

Jiena ħuta żgħira u jisimni Serena. Il-kuluri tiegħi huma aħmar u roża. Jiena ngħix fil-baħar. Jiena għandi ħafna ħbieb. L-akbar ħbieb tiegħi huma l-balena u s-serp il-baħar. L-iskola tiegħi hi sabiħa ħafna, qegħda ġo għar ikkulurit. Jiena nibża ħafna mill-kelb il-baħar għax dejjem jiġri warajja biex jiekolni, imma dejjem sibt lill-ħabiba tiegħi l-balena. Mal-ħbieb inħobb nilgħab bil-ballun. Jiena kuntenta ħafna ngħix ġo dan il-baħar sabiħ u għandi ħbieb iħobbuni u ngħixu bħala familja.
Nicole Sciberras

Jiena ħuta kbira. Il-kulur tiegħi huwa aħmar u isfar. Il-ħbieb tiegħi huma Christian u Maraya. Jien immur l-iskola kull filgħodu. Jien nibża ħafna mill-kelb il-baħar. Jien ngħix ħo baħar sabiħ u kbir. Mal-ħbieb nilgħabu noli u noqgħodu niġru wara xulxin. Jien ninsab kuntent ħafna.
Kyle Magri

Jiena jisimni Goldie. Jiena ħuta żgħira u safra. Jiena ngħix ġo għadira. Darba kont sejra l-iskola tal-ħut ma' sħabi Nicole u Mark il-ħut. F'daqqa waħda Nicole bdiet twerżaq u tgħid "Ġej Fufu il-qattus!" Għall-ewwel ma' emminnihiex, imma meta rajt id il-qattus tgħidtx kemm werżaqt! Morna nistaħbew wara ġebla sakemm fl-aħħar ġie sidu u għajjatlu "Fufu, ejja ħa mmorru l-baħar nistadu." Fufu mill-ewwel obda u mar. Kemm jien ferħana li ngħix hawnhekk.
Martina Treeby

Jiena ħuta kbira u oranġjo bil-faxxi blu. Jien jisimni Roxy u ngħix ġo akwarju. L-akwarju huwa ta' tifla ta' tmien snin u jisimha Klara. Għandi sitt iħbieb oħra kemm kbar u kemm ċkejknin. Jiena ma mmurx skola imma noqgħod nilgħab ma sħabi. Klara tgħidx kemm tieħu ħsiebna u tnaddfilna. Jien inħobb ngħum 'l hemm u 'l hawn u nħares mill-ħġieġ tal-akwarju. Jiena ferħana ħafna mal-ħbieb tiegħi u ma' Klara.
Nicole Porter

Jiena ħuta żgħira. Il-kulur tiegħi huwa oranġjo. Il-mama' hija ħamra u l-papa' isfar. Ħija oranġjo bħali.
Fejn noqgħod jien fil-baħar hemm ħut żgħar u kbar. Il-ħbieb tiegħi huma Kylie l-balena u Nicole id-denfil. Għalkemm huma ikbar minni xorta jilgħabu miegħi. L-iskola u l-mużew immorru flimkien. Meta ma' jkollniex skola mmorru għand xulxin. Jien nibża mil-kelb il-baħar. Il-ħbieb tiegħi jaqbżu għalija. Jien ħuta ferħana ħafna u xortija tajba għax sibt ħbieb ta' vera li jħobbuni.
Faith Frendo

Jiena ħuta żgħira. Jiena ta' kulur oranġjo u ftit isfar. Jiena noqgħod ġo l-ilma baħar. Il-ħbieb taigħi huma id-denfil u l-balena. Jiena mmur l-iskola tal-ħut. Jiena nibża ħafna mil-kelb il-baħar. Jiena nilgħab ħafna mal-ħbieb. Jiena kuntenta ħafna ġo l-ilma għax noqgħod naqbeż u ngħum.
Haley Bugeja





No comments:

Post a Comment