Thursday, April 12, 2012

Il-fenek u l-fekruna

Darba waħda kien hemm fenek u fekruna u dawn riedu jagħmlu tellieqa biex jaraw minn jiġri l-aktar minnhom. L-għada filgħodu ltaqgħu u bdew itellqu. Il-fenek beda jiġri ħafna u l-fekruna bdiet timxi bil-mod. Il-fenek kien diġa' ħaseb li rebaħ u għalhekk waqaf jistrieh taħt siġra għal frisk. Il-fenek raqad u l-fekruna baqgħet miexja bil-mod il-mod. Fl-aħħar il-fenek qam u sab li l-fekruna kienet ġa rebħitlu.

by Leona Grech

No comments:

Post a Comment