Darba waħda kien hemm tifla jisimha Naomi. Din kienet tħobb ħafna l-friefet. F'kamritha lemħet il-vażun li kien fih ħafna fjuri kkuluriti. Wara bil-maġija tagħha bidlet il-fjuri fi friefet. Huma telqu jistrieħu fuq zokk.
Haley Bugeja
Darba waħda kien hemm tifla jisimha Naomi. Darba Naomi sabet zokk tal-maġija. Naomi bil-maġija tista tagħmel li trid. Darba Naomi b'dan iz-zokk għamlet vażun mimli fjuri, imbagħad Naomi mliet il-ġnien kollu friefet.
Shaliziah Buttigieg
Darba waħda kien hemm tifla jisimha Naomi. Din kienet tħobb tagħmel il-maġija. Darba bidlet vażun vojt f'wieħed kollha fjuri ħomor, sofor u vjola. Il-mama' tgħidx kemm ferħet. Imma Naomi reġgħet għamlet maġija oħra u bidlet il-fjuri fi friefet. Il-kamra tal-kċina kienet kollha friefet. Il-mama' tgħidx kemm għajtet għax kienet tibża' minnhom.
Nicole Porter
Darba kien hemm tifla jisimha Naomi li kienet tixtieq tliet friefet li kienu jafu jagħmlu l-maġija. Marret fil-ġnien u marret inkiss inkiss ħdejn il-fjuri. F'daqqa waħda qabdet tliet friefet ġo ġarra. Daħlet lura id-dar u poġġiet il-friefet fuq zokk..... xejn maġija. Poġġiethom fuq vażun..... xejn maġija. Telqithom u marret tfitted għal tlett friefet oħra u għadha tfittex sa llum.
Martina Treeby
Darba waħda kien hemm tifla jisimha Naomi. Darba marret ġol-ġnien u waqa' zokk maġiku li bih għamlet ħafna maġija. L-ewwel għamlet vażun blu skur u ġo fih għamlet il-fjuri li fuqhom ġew il-friefet.
Christian Borg
Naomi kienet tifla li taf tagħmel il-maġija. Bdiet minn eta' żgħira ta' xi seba' snin. Darba waħda poġġiet vażun bil-fjuri fuq il-mejda tal-kċina, qabdet iz-zokk tal-maġija u poġġietu fuq il-fjuri u saru friefet.
Kyle Magri
Naomi hija tifla brava. Darba kienet rieqda taħt siġra u f'daqqa waħda waqa' zokk u Naomi nħasdet. Ratu ġabritu u f'qalba bdiet taħseb li hu maġiku. Hi bidlet is-siġra f'tifla bil-maġija. Semmietha michelle. Bdew jilgħabu noli u jiġru wara l-friefet. Għal darba oħra użat il-maġija u flixkun vojt tal-ilma għamlitu vażun vjola. Naomi u Michelle qatgħu ħafna fjuri u poġġewhom fil-vazun.
Faith Frendo
Darba waħda kien hemm tifla jisimha Naomi. Din it-tifla kienet brava. Hija kellha zokk tal-maġija. Naomi xtaqet ħafna li jkollha l-friefet. Imma ġara li flok bdiet iġġib il-friefet bil-maġija bdiet iġġib vażuni bil-fjuri. Imma sa fl-aħħar irnexxielha għax baqgħet tiprova u qalet il-kliem sewwa u l-maġija irnexxietilha. Il-kliem kienu "ara, ara jien nixtieq il-friefet."
Liam Abela
Bravi tfal!
No comments:
Post a Comment