Sunday, December 5, 2010

Dawn huma xi ittri li kitbu it-tfal lil Santa Klaws :)


Għażiż Santa Klaws,
Illum ferħana ħafna u għal Milied nixtieq ħafna rigali. Meta tiġi id-dar tagħna ser inlestilek borża ċikkulata, erba' gallettini biex tbillhom ġo tazza ħalib.
Dejjem inħobbok u issa se nħallik.
Dejjem tiegħek
Shania Cardona

Għażiż Santa Klaws,
Jien jisimni Klyon. Jien noqgħod Malta. Jien tifla brava ħafna. Dan il-Milied nixtieq Wii biex nilgħab ma ħuti.
Dejjem tiegħek
Klyona Fenech

Għażiż Sant a Klaws,
Jien jisimni Solange u noqgħod Triq Brared B'Kara. Jiena tifla kwieta u brava.
Dan il-Milied jien nixtieq Nintendo games, pero jiena nixtieq ukoll li fid-dinja ma jkunx hawn faqar imma paċi ma kulħadd.
Dejjem tiegħek
Solange Abdilla

Għażiż Santa Klaws,
Jiena jisimni Sharyliz u għandi seba' snin. Noqgħod B'Kara, Malta. Jiena tifla brava u nobdi lill-mama' u lill-papa'. Nixtieqek tiġi d-dar tagħna ħalli tieħu kikkra te' u żewġ gallettini. Nixtieqek iġġibli Nintendo ds.
Dejjem tiegħek
Sharyliz Fenech

Għażiż Santa Klaws,
Dan il-Milied jien nixtieq ġugarell ta' Iron Man g]ax m'għandiex. Nixtieq ngħidlek skużani jekk xi drabi ma nobdiex lill-ġenituri tiegħi. Jekk tista ġib rigal lilhom ukoll.
Dejjem tiegħek
Dejean Pisani

Għażiż Santa Klaws,
Jiena jisimni Dylan. Għandi seba' snin u noqgħod f'raġal jismu B'Kara li jinsab ġo Malta. Jiena tifel bravu u nobdi ħafna lil mama' u lil papa'. Għal dan il-Milied nixtieq libsa tal-baħar. Nwegħdek li nipprova nobdi aktar lill-għalliema.
Grazzi ħafna Santa Klaws.
Dejjem teigħek
Dylan Parnis

Għażiż Santa Klaws,
Jiena noqgħod B'Kara. Tista fil-Milied iġġibli kelb sabiħ u lill-ġenituri tista iġġibilhom xi ħaġa sabiħa ukoll.
Dejjem tiegħek
Nelly Sant

Għażiż Santa Klaws, Jien noqgħod Birkirkara. Jien inħossni tajba, u int kif int? Ħdejk hemm kesħa? Jiena kont brava ħafna din is-sena, għalhekk naħseb li ħaqni rigal. Jien nixtieq skateboard.
Grazzi
Dejjem tiegħek
Kylie Cassar

Għażiż Santa Klaws,
Jiena jisimni Jean u noqgħod il-Mosta ġewwa Malta. Nixtieq karozza tleqq u tiġri ħafna.
Grazzi
Dejjem tiegħek
Jean Cuschieri

Għażiż Santa Klaws
Dan il-Milied nixtieqek iġġibli karozza. F'dawn iż-żminijiet hemm bżonn li niftakru iktar f'dawk it-tfal inqas ixxurtjati minna.
Grazzi
Ismael Mizzi

No comments:

Post a Comment