L-istaġun favorit tiegħi
L-istaġun favorit tiegħi huwa s-sajf. Jien nħobb is-sajf għaliex ikollna l-vaganzi. Jagħmel temp sħun, xemxi u sabiħ. F'Awwissu jkollna l-festa ta' Santa Liena. F'dan l-istaġun immur il-baħar ngħum u nistad. Is-sajf huwa staġun differenti għaliex fih nieklu ħafna frott differenti. Il-jiem ikunu twal u l-iljieli qosra. It-temp ikun sabiħ u xemxi. Il-kampanja f'dan l-istaġun tkun niexfa.
Elenia Haber
L-istaġun favorit tiegħi
L-istaġun favorit teigħi huwa s-sajf. Fis-sajf immorru l-baħar u noħorġu aktar. Nieklu ħafna frott tajjeb. Jibda jdum ma jidlam u tagħmel ħafna aktar sħana. Is-sajf inħobbu ħafna għax ikollna ħafna festi sbieħ.
Jean Cuschieri
L-istaġun favorit tiegħi
L-istaġun favorit tiegħi huwa s-sajf. Inħobbu gaħx tkun ix-xemx u bnazzi u jdum ma jidlam. F'dan l-istaġun immorru ħafna l-baħar u nagħmlu ħafna BBQ's. Dan l-istaġun huwa differenti mill-istaġuni l-oħra għax tkun ħafna sħana u noħorġu u niddevertu iżjed. It-temp ikun vera sabiħ imma l-kampanja bis-sħana u x-xemx tkun xotta ħafna. Il-jum jitwal u jiġu ħafna festi. Dan uwa staġun fejn nieklu ħafna ġelati u frott.
Nelly Sant
L-istaġun favorit tiegħi
L-istaġun favorit tiegħi hu x-xitwa. Ix-xitwa togħġobni għax ikollna l-festa tal-Milied, nibgħatu ħafna kartolini, narmaw il-presepju u ħafna tiżjin u naqilgħu ħafna rigali. Fix-xitwa narmaw ukoll is-siġra tal-Milied. Fuq is-sodda ikollna l-kwilt. Meta ninħaslu fix-xitwa nħossu l-bard u għalhekk nixgħelu l-hiter biex ma nhossux bard. Fix-xitwa l-mama' toqgħod tfissidni. Imorru bir-rota. Imorru fil-kampanja u noqgħod nilgħab ma' oħti. Jien nieħu pjaċir meta tkun ix-xita għax noqgħodu d-dar mal-familja.
Shania Cardona
L-istaġun favorit tiegħi
L-istaġun favorit tiegħi huwa s-sajf għax immur ngħum il-baħar. Inħobb is-sajf ukoll għax ikolli l-vaganzi. Nħobb is-sajf għax ikollna l-festa ta' Santa Liena. Filgħaxija nħobbu nagħmu BBQ fuq il-bejt. Inħobb l-istaġuni kollha imma nħobb s-sajf l-aktar.
Marija Ebejer
L-istaġun favorit tiegħi
L-istaġun favorit tiegħi huwa s-sajf. Jien inħobb is-sajf għax jagħmlu ġranet sbieħ u tkun ħafna sħana. Is-sajf inħobbu għax niekol ħafna frott frisk u tajjeb. Fis-sajf immorru ngħumu ukoll. Is-sajf inħobbu għax ikollna l-vaganzi u mmorru ħafna festi. Is-sajf inħobbu ukoll għax il-ġurnata hija twila u jdum ma jidlam.
Dejean Pisani
No comments:
Post a Comment