Monday, January 30, 2012

Il-fenek u l-fekruna.

Darba waħda kien hemm fenek u qal lill-annimali l-oħra, "Jien naf niġri ħafna u ħadd ma' jista jgħaddini." Dak il-ħin stess ġiet fekruna u qalet, "Smajt li inti taf tiġri. Trid nagħmlu tellieqa?" "Iva nixtieq" qal il-fenek.
Kienet waslet il-ġurnata tat-tellieqa u malajr malajr il fenek telaq jiġri b'kemm kellu saħħa. Wara ftit ħin jiġri, il-fenek waqaf jistrieħ ftit għax kien ċert li ser jerbaħ. Il-fekruna baqgħet miexja bil-mod sa ma laħqet lill-fenek u għaddietu. Il-fekruna kienet rebħet it-tellieqa.
Martina, Kylie, Faith u Logen


Il-kulur tal-fekruna huwa aħdar. Il-kulur tal-fenek huwa griż. Il-fenek għandu ħafna suf.
Darba waħda il-fenek u l-fekruna ftehmu li jagħmlu tellieqa.
Il-fenek telaq jiġri. Il-fenenk kien ċert li ħa jerbaħ għalhekk waqaf jistrieh taħt siġra. Waqt li kien rieqed il-fekruna għaddietu. Il-fenek spiċċat rebħet it-tellieqa.
Haley, Shaliziah, TristanG u NicoleS


Il-fenek u l-fekruna kien se jkollhom tellieqa. Il-fenek kien ferħan ħafna għax kien żgur li se jerbaħ hu. X'ħin il-kap saffar is-suffara, dawn telqu jiġru. Il-fenek telaq telaq ħafna 'l quddiem, għalhekk waqaf jistrieh taħt siġra. Il-fekruna baqgħet miexja bil-mod iżda l-fenek waqaf jorqod. Il-fekruna għaddiet lill-fenek u rebħet it-tellieqa. X'ħin il-fenek qam induna li l-fekruna kienet waslet fit-tarf. Il-fenek ġera kemm felaħ imma kien tard wisq għax il-fekruna kienet rebħet.
Kyle, Liam, NicoleP u Graziella


Darba waħda kien hemm grupp ta' annimali. F'dan il-grupp kien hemm fenek u fekruna. Il-fenek kien jiġri ħafna u ħadd ma ried jagħmel tellieqa miegħu. Ġewwa rokna kien hemm fekruna bilqegħda u din qaltlu li hi tixtieq tagħmel it-tellieqa miegħu. L-annimali l-oħra tgħidx kemm bdew jidħku biha.
Meta waslet il-ġurnata tat-tellieqa, it-tnejn telqu jiġru, iżda l-fenek kien ħafna iktar tajjeb. Il-fenek kien il quddiem ħafna gaħlhekk waqaf taħt siġra. Hawn il-fenek raqad. Il-fekruna rnexxielha tasal sa ħdejh u għaddietu. Il-fekruna kienet rebħet it-tellieqa.
Leona, Maraya, Christian u Jesmon.


Darba waħda kein hemm fenek u fekruna. Dawn ftehmu li jagħmlu tellieqa. L-annimali sħabhom bdew jidħku bil-fekruna għax hi kienet timxi bil-mod. Meta bdew it-tellieqa il-fenek ħarab jiġri 'l quddiem. Dan waqaf jistrieh taħt siġra u raqad. Il-fekruna waslet ħdejh u għaddietu. Baqgħet miexja bil-mod sakemm waslet fit-tarf. il-fekrunarebħet it-tellieqa. L-annimali l-oħra tgħidx kemm ferħu bil-fekruna.
Isaac, TristanB, Tamara u Yelena






No comments:

Post a Comment