Thursday, January 19, 2012

Iż-żerriegħa

Dawn huma xi kitbiet li għamlu t-tfal dwar iż-żerriegħa.

Darba kien hemm żerriegħa żgħira li xtaqet tikber u ssir fjura kbira. Xtaqet issir sabiħa u kbira. Kienet toħlom ħafna. Kienet toħlom li jiġu ħafna friefet fuqha. Kienet toħlom li se tkun ma ħafna fjuri sbieħ oħra. Kienet toħlom li se tkun ma ħafna siġar kbar u sbieħ. Mhux hekk biss, imma kienet tixtieq li tkun parti minn ġnien sabiħ u kbir, mimli fjuri u siġar.
Faith,  Martina,  Kyle u Kylie.

Darba waħda kien hemm żerriegħa ġo ftit ħamrija. Din iż-żerriegħa kienet qed taħseb. Ħasbet li kienet se ssir fjura. Anzi fjura sabiħa u kkulurita. Din iż-żerriegħa biex tikber għandha bżonn ħamrija tajba, dawl tax-xemx u xi ħadd li jtiha ftit ilma kuljum. Aħna qed naħsbu li din iż-żerriegħa ser issir fjura vjola.
Shaliziah, Nicole P, Christian u Tristan B.

Ġo qasrija żgħira hemm żerriegħa. Hemm żerriegħa fil-ħamrija. Din iż-żerriegħa ser tikber fjura sabiħa u kbira. La tikber din iż-żerriegħa ser ikollha ħafna kuluri sbieħ. Din iż-żerriegħa għandha bżonn xemx, ħamrija u ilma. Aħna ser insaqquha kuljum. Aħna ser nieħdu ħsieb din iż-żerriegħa ħalli tikber fjura kbira u roża.
Liam, Leona u Yelena.





No comments:

Post a Comment