Monday, June 11, 2012

Is-saħħara Karminja








Is-saħħara Karminja kienet tagħmel lit-tfal ferħana. Hija kellha qattus iswed li kien imur magħha kullimkien. Karminja kienet tħobb iġġor magħha kitla imdendla mal-ixkupa. Kienet tilbes libsa twila sewda u maktur mgeżwer ma rasha, kellha ukoll żarbun iswed. Hi kienet toqgħod ġo dar żgħira fil-bosk. Id-dar tagħha kienet nadifa ħafna. Kellha borma kbira u fiha kienet tagħmel il-maġija tajba. Karminja kienet tħobb tiekol saqajn iż-żrinġijiet. It-tfal kienu jħobbu ħafna iżuru d-dar ta' Karminja
Kylie Pace

Karminja s-saħħara kienet vera saħħara tajba. Kellha libsa saħra għax l-isfar jagħmilha ferħana. Hi mal-ixkupa kienet iżżomm kitla griża. Ġo din il-kitla kienet iżżomm xi ħelu għat-tfal bravi. Karminja kellha qattus iswed daqs faħma. Kienet tilbes ukoll kowt oħxon ħafna u maktur ma' rasha. Hi kellha xkupa maġika u kienet ittir minn post għall-ieħor fuqha. Meta kienet tara xi tfal kienet ixejrilhom u tidħkilhom. Karminja kienet vera saħħara tajba u ferriħija.
Nicole Porter

Din hija s-saħħara Karminja. Is-saħħara ittir bl-ixkupa mal-qattus Nigru. hi tħobb tilbes ħwejjeġ ħomor. Hi tħobb iżżur lit-tfal u ittihom xi ftit ħelu. Ma rasha għandha maktur. Hi tħobb taqra stejjer lit-tfal, tfejjaqhom meta jkunu morda u tgħin lil bdiewa fix-xogħol tagħhom. Lit-tfal tfejjaqhom billi ittihom ftit misħun maġiku li iġġor magħha fil-kitla. Lis-saħħara kulħadd iħobbha għax dejjem tiprova tagħmel lil kulħadd ferħan.
Nicole Sciberras

Is-saħħara Karminja hija saħħara tajba mhux bħas-saħħara Malinja. Hina qasira u ferrieħija. Għandha libsa vjola u żarbun iswed. Fuq il-libsa hija dejjem tilbes fardal isfar nit-tikek ħomor u ħodor. Karminja tħobb tilbes maktur oranġjo ma rasha għax tħobb ħafna il-larinġ. Hija tħobb ittir fuq l-ixkupa l-ġdida tat-tiben. Meta ittir hija tieħu magħha lil qattus l-iswed u l-kitla maġika. Karminja tħobb tidħak ħafna. Karminja tħobb ħafna lit-tfal.
Christian Borg

Bravi tfal


No comments:

Post a Comment