Friday, June 1, 2012

Jiena żrinġ

Jien jisimni Żrinġina. Jiena għandi tmien snin. Jiena ngħix ġo għadira il-Buskett. Inħobb niekol l-insetti. Jiena inħobb naqbeż minn fuq werqa għal oħra. Il-ħbieb tiegħi huma il-bebbuxi, il-papra u l-ħuta. Jien kuntenta li jiena żrinġ għax inħobb inċafċaf fl-ilma.
Maraya Aquilina

Jiena żrinġ u jisimni Isaac. Jien għandi seba' snin. Jien ngħix ġo għadira. Jiena żgħir u kuluri huwa aħdar. Jien inħobb niekol l-insetti. Jiena nħobb ħafna naqbeż ġo l-ilma mal-ħbieb. Jiena għandi żewġ ħbieb tal-qalb li huma Christian il-farfett u Kylie ż-żrinġ. Jien ninsab kultent ħafna li jien żrinġ.
Kyle Magri

Jiena żrinġ u jsimni Nicole. Jiena għandi tmien snin u ngħix ġo għadira fil-Buskett. Jiena ferriħija ħafna, nħobb noqgħod inċafċaf u naqbeż min fuq werqa għal oħra. Inħobb niekol ħafna l-insetti imma l-iktar insett favorit tiegħi huma id-dubbien għax fihom ikla tajba. Jiena nħobb ħafna nilgħab mal-ħbieb. Jiena għandi ħafna ħbieb, fosthom għandi sitta. Tristan il-ħuta, Faith il-farfett, Kylie iż-żrinġ, Nicole l-għasfur, Isaac is-serp u Christian il-bebbuxu. Jiena kuntenta ħafna li jiena żrinġ għax għandi ħafna ħbieb u għandi familja kbira.
Nicole Sciberras

Jiena żrinġ u jisimni Martina. Għandi seba' snin u ngħix ġo għadira fil-Buskett. Jiena għandi l-ġilda ħadra u n-nies bl-ingliż jgħiduli 'amphibian', jiġifieri li jiena nista noqgħod fuq l-art u taħt l-ilma. Mela darba jiena u l-ħbieb tiegħi Nicole l-ħuta, Tristan iż-żrinġ u Mark il-ħuta morna nagħmlu l-iżjed ħaġa li nħobb li kienet nsibu l-ikel tagħna. Nicole għajtet twerżiqa kbira. "Martina! Dak it-tifel se jaqbdek!" Jiena dort imma ma rajt xejn. Bumm! F'daqqa waħda sibt ruħi ġo bott tal-kunserva. It-tapp kien miftuħ u qbiżt fuq it-tifel. It-tifel kien se jerġa' jaqbadni meta Tristan qabeż fuq wiċċu u ħallieli biżżejjed ħin biex naqbeż ġo l-għaditra. Meta qbiżt ġo l-ilma waqajt fuq ġebla u weġġajt saqajja.Mark rali saqajja u rabatli biċċa ħaxixa tal-baħar magħha. Jiena kuntenta li jiena żrinġ għax għandi ħbieb ta' vera.
Martina Treeby

Jien jisimni Logen u jiena żrinġ. Jiena għandi seba' snin. Jiena ngħix f'għadira ilma. Jiena żrinġ żgħir u mqareb. Jien nħobb niekol insetti żgħar. Inħobb ħafna ninħasel u naqbeż. Għandi ħafna ħbieb żrinġijiet bħali. Jien kuntent ħafna li jiena żrinġ għax għandi ħajja sabiħa ħafna.
Logen Attard

Jien żrinġ. Jien jisimni Żrinġa. Jien għandi tmien snin. Jien ngħix il-Buskett ġo għadira kbira. Jien naqbeż ħafna fl-għoli. Jien niekol dubbien u nsetti. Jien inħobb naqbez. Jien għandi erba' ħbieb tal-qalb. Dawn il-ħbieb jisimhom Faith il-farfett, Kylie il-bebbuxa, Leona id-dubbiena u Yelena l-ħuta. Jien kuntenta ħafna li jien żrinġ għax inħobb inċafċaf ġo l-ilma.
Shaliziah Buttigieg

Jien żrinġ jisimni Michelle u għandi tmien snin. Ngħix f'għadira kbira u jien ngħix mal-familja tiegħi. Tgħidx kemm inħobb naqbeż min ġebla għal oħra, imma ħija joqgħod iċafċaf l-ilma fuqi u jien nispiċċa naqa. Jien inħobb niekol ħafna weraq u nsetti, imma nsetti ma tantx insib għax inkun ġa kilthom qabel. Għandi ħafna ħbieb, fosthom Nicole il-farfett, Kylie iż-żrinġ u Martina il-bebbuxa. Jien kuntenta ħafna għax għandi ħafna ħbieb.
Faith Frendo

Jiena żrinġ u jisimni Żrinġa. Jiena għandi tlett snin u ngħix ġo għadira kbira ġewwa l-Buskett. Il-kulur tiegħi huwa aħdar skur u taħt żaqqi aħdar ċar. L-ikel favorit tiegħi huma l-insetti. Jien nħobb ħafna inċafċaf fl-ilma. Jiena għandi ħafna ħbieb fosthom Tristan id-dubbiena, Shaliziah il-farfett, Isaac is-serp, Logen l-għasfur u Christian il-bebbusu. Jien kuntenta ħafna għax jien żrinġ għax għandi ħafna ħbieb u familja kbira.
Haley Bugeja

No comments:

Post a Comment