Wednesday, April 20, 2011
Dawn huma ftit mil-kitbiet u tpinġijiet li għamlu t-tfal dwar is-saħħara Malinja. :)
Darba kien hemm saħħara. Is-saħħara kienet kerha. Is-saħħara kienet tħobb l-iswed. Kellha qattus jismu Ġużi. Il-qattus kien iswed ukoll. Kellha xkupa u bl-ixkupa kienet ittir min post għal ieħor. Kienet iddur fil-foresta. Kienet toqgħod ġo għorfa. Qrib tagħha kien joqgħod prinċep. Il-prinċep kellu tfajla.
Is-saħħara kienet tħawwad ġol-borma biex tiprova tisbieħ. Iżda darba waħda splodiet il-borma u saret kerha ħafna, ħafna. Spiċċat mietet u l-qattus tagħha sar sabiħ u ħadu miegħu l-prinċep.
Shania Cardona
Din is-saħħara jisimha Malinja. Malinja għandha qattus iswed b’għajnejh kbar. Is-saħħara għandha borma kbira u ġo fiha kienet tħawwad likwidu maġiku. Is-saħħara hija kattiva ħafna. Hija tbiddel lin-nies fi żrinġijiet. Jien nibża mis-saħħara Malinja għax kattiva ħafna.
Maria Ebejer
Malinja kienet saħħara kerha. Magħha kien jgħix il-qattus Nigru. Is-saħħara kienet taf tagħmel il-maġija. Hija kienet tagħmel il-maġija fil-borma kbira li kellha. Malinja kienet tħobb ħafna lill-prinċep. Dan il-prinċep kien jgħix ġo palazz. Hija kienet tiprova tagħmel maġija biex il-prinċep isir iħobbha.
Dylan Parnis
Malinja kienet xiħa ħafna. Is-saħħara kellha magħha qattus. Il-qattus kien jismu Nigru. Malinja kienet miġnuna wara l-prinċep Ġiljanu. Malinja lil prinċep Ġiljanu riedet tiżżewġu imma hu ma riedx. Malinja kellha xkupa, kappell, dwiefer u xagħar iswed. Malinja kienet tilbes kollox iswed. Darba Malinja għamlet xi maġija u ġiet vera sabiħa. Fl-aħħar il-prinċep Ġiljanu u Malinja iżżewġu.
Sharyliz Fenech
Is-saħħara kerha ħafna. Is-saħħara għandha qattus iswed u l-qattus jismu Nigru. Is-saħħara toqgħod ġo għorfa ċkejkna f’bosk. Is-saħħara riedet tiżżewweġ lill-prinċep. Malinja kuljum kienet tħawwad fil-borma biex xi darba tkun sabiħa u tkun tista’ tiżżewweġ lill-prinċep.
Isaac Gauci
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Proset tfal
ReplyDelete