Saturday, April 9, 2011

Rapport

Dawn huma r-rapporti li kitbu t-tfal fi gruppi dwar serqiet differenti.



Serqa min ġo dar.
Kien hemm tlett ħallelin ġo dar ġewwa B'Kara. Dawn il-ħallelin serqu ħafna deheb u ħafna flus. Dawn il-ħallelin kellhom maskla kull wieħed u kellhom ukoll beritta. Kellhom ukoll xkora. Il-ħallelin kellhom il-qlieżet b'kuluri differenti, wieġed vjola, l-ieħor aħdar u l-ieħor blu. Kellhom il-flokk qisu taż-żunżan. Waqt is-serqa kien hemm raġel għaddej u rahom ħerġin mit-tieqa u ċempel lill-pulizija.
Sharyliz Fenech, Nelly Sant, Maria Ebejer, Ismaels Xerri, Aiden Sciberras u Isaac Gauci.




Serqa min ġo ħanut tad-deheb.
Żewġ ħallelin daħlu jisirqu min ħanut li jismu Vascas u serqu ħafna deheb u fidda. Serqu ukoll ħafna flus. F'daqqa waħda daqq l-alarm u ġew il-pulizija. Dawn arrestawhom u ħaduhom il-ħabs. Ħadulhom id-deheb li serqu kollu u reġgħu tawh lil sid il-ħanut. Dawn il-ħallelin semmewhom ukoll fuq l-aħbarijiet. Qalu li kienu lebsin kollox iswed. Qalu li n-nies li kien hemm ġewwa l-ħanut twerwru, dawn in-nies raw lil ħallelin jaħarbu b'karozza sewda. Kien hemm ukoll min mar warajhom bil-karozza tiegħu.
Dylan Parnis, Kylie Formosa, Dejean Pisani, Casey Psaila u Elenia Haber




Serqa min dar.
Darba waħda ġew il-ħallelin id-dar tiegħi u serquli id-deheb kollu li kelli.
Jien id-dar kelli ukoll xehda naħal u kienet kulur id-deheb. Il-ħallelin li daħlu ħasbuha xi vazun u kif missewha ħarġu n-naħal kollha għalihom. Jien kif rajt hekk ċempilt malajr lil pulizija u ġew għalihom.
Kif ġejt biex noħroġ indunajt li serquli l-mowbajl.
Klyona Fenech, Kaya Borg, Owen Bray, Kyle Bezzina u Matthias Zammit




Serqa min ġo villa.
Il-ħallelin daħlu jisirqu min ġo villa. Il-ħallelin kellhom xkora kbira fuq darhom u l-ixkora kienet mimlija kollha deheb u flus. L-ixkora kienet tqila ħafna.
Il-ħallelin kienu erba', kienu lebsin qishom żnażar u kellhom il-qliezet blu, aħmar, vjola u iswed. Iż-żarbun li kellhom kienu ċilesti, vjola u isfar.
Waqt is-serqa kien hemm xehda naħal u dawn ħasbuha xi ħaġa tad-dehem daqs kemm kienet tleqq. Malli missewha ħarġu ż-żnażar għalihom u bdew iniggżuhom. Meta raw iż-żnażar ġejjin għalihom huma telqu jiġru kemm jifilħu. Imma n-naħal xorta laħaqhom u daqs kemm nigżuhom waqqgħu l-ixkora bid-deheb li serqu mal-art.
Celine Cuschieri, Solange Abdilla, Kylie Cassar, Kurt Briffa, Ismael Mizzi u Shania Cardona.

1 comment: