Wednesday, March 28, 2012

Clean up the world!

Illum il-klassi tagħna flimkien ma xi tfal membri tal-EkoSkola u klassi min tar-raba' sena morna il-Ġnien tal-Istazzjon. Hawnhekk ġbarna xi weraq u karti li kien hemm mifruxin mal-ġnien. Imbagħad għal ħabta tal-ħdax u nofs ġew aktar studenti min skejjel oħra tal-madwar li kienu qed jagħmlu l-istess attivita tagħna imma f'postijiet pubbliċi oħra. Spiċċajna din l-attivita billi t-tfal kollha preżenti kantaw il-kanzunetta 'It's never too late to be an eco-warrior'.
Għal din l-attivita t-tfal u jiena flimkien bl-għajnuna tal-għalliema tal-arti bdejna nipreparaw. Fir-ritratti li ħa taraw se tindunaw li t-tfal lebsin flokkijiet bi print tad-dinja. Dawn il-flokkijiet għamluhom it-tfal. It-tfal se jidhru jġorru ukoll posters, dawn ukoll xogħol it-tfal.
Bravi tfal!

Monday, March 26, 2012

Spongebob

Il-ġimgħa l-oħra fil-klassi ġie jżurna Spongebob. :)
Dak inhar ktibna, tkellimna u pinġejna dwar dan il-karattru.

Home Economics Centre

Illum il-klassi tagħna marret l-Home Economics Centre. Hawnhekk tkellimna dwar ikel tajjeb għal saħħitna, speċjalment dwar il-kolazzjon ta' filgħodu. Hawnhekk it-tfal lagħbu ħafna logħob differenti, kif ukoll kielu platt ċereali u yogurt.

Friday, March 23, 2012

Ħarġa

Nhar it-Tlieta 20 ta' Marzu, il-klassijiet kollha tat-tielet sena żaru l-ġonna ta' San Anton, kif ukoll il-Ġnien tal-Kċina tal-President jew kif inhu magħruf 'The President's Kitchen Garden'.
Il-klassi tagħna bdiet billi dħalna fil-Ġnien tal-Kċina tal-President. Hawnhekk rajna frott u ħxejjex differenti li jinsabu miżrugħa f'dan il-ġnien. It-tfal żergħu ukoll xi żrieragħ u ħadnihom magħna l-iskola. Morna naraw ukoll l-annimali li jinsabu hawnhekk. Wara xi sagħtejn induru hawn qsamna u dħalna fil-Ġonna ta' San Anton. Hawnhekk waqafna nieklu u dorna u rajna ħafna fkieren, papri, fjuri u siġar. Spiċċajna din iż-żjara billi għamilna 'trunk rubbing'. Ġbarna ukoll xi weraq li kienu waqgħu mis-siġar ma l-art u ħadnihom magħna l-iskola, biex hemm għamilna 'leaf rubbing' u ktibna xi sentenzi dwar din il-ġurnata tagħna..
Hawn taħt tistgħu taraw xi ritratti li ħadt it-tfal waqt din il-ħarġa. :)


Egg experiment

This is what happened to white eggs when we left them overnight in some liquids. (water, milk, coffee, soft drink and vinegar).





Illum il-year3's kellhom sezzjoni ta' logħob tradizzjonali Malti fil-bitħa. Lgħabna il-passju, iż-żunżana ddur ddur, boċċi, żibeġ u bil-ħabel.

Hawn taħt ser issibu ftit mir-ritratti li ħadt lit-tfal waqt din l-attivita. :)

Thursday, March 22, 2012

Fractions

A fraction is a part of a whole.



The number at the bottom shows in how many parts the object is divided.


The number at the top shows the number of parts which are shaded.