Illum il-klassi tagħna flimkien ma xi tfal membri tal-EkoSkola u klassi min tar-raba' sena morna il-Ġnien tal-Istazzjon. Hawnhekk ġbarna xi weraq u karti li kien hemm mifruxin mal-ġnien. Imbagħad għal ħabta tal-ħdax u nofs ġew aktar studenti min skejjel oħra tal-madwar li kienu qed jagħmlu l-istess attivita tagħna imma f'postijiet pubbliċi oħra. Spiċċajna din l-attivita billi t-tfal kollha preżenti kantaw il-kanzunetta 'It's never too late to be an eco-warrior'.
Għal din l-attivita t-tfal u jiena flimkien bl-għajnuna tal-għalliema tal-arti bdejna nipreparaw. Fir-ritratti li ħa taraw se tindunaw li t-tfal lebsin flokkijiet bi print tad-dinja. Dawn il-flokkijiet għamluhom it-tfal. It-tfal se jidhru jġorru ukoll posters, dawn ukoll xogħol it-tfal.
Bravi tfal!
No comments:
Post a Comment