Wednesday, March 14, 2012

Jiena sufan.

Jiena jisimni Sufaninu u għandi tmien snin. Jiena qegħda ġo dar kbira ma’ Marika. Jiena sufan kbir u għandi kulur vjola u abjad. Nieħu gpst meta jpoġġu fuqi u jgħidu “Ahh, kemm hu komdu!” Niddejjaq ħafna meta t-tfal ta’ Marika joqgħodu jaqbżu fuqi. Darba minnhom ir-raġel ta’ Marika kien qed jiżboħ u ġie l-qattus u waqqa’ ż-żebgħa fuqi u b’hekk ġejt b’żewġ kuluri. Jien kuntenta ħafna li jien sufan għalkemm it-tfal dejjem jaqbżu fuqi.
Nicole Sciberras

 Jien sufan li jisimni Paninu. Jiena għandi għaxar snin u qiegħed fis-salott ta’ Martina u Katya. Il-kulur tiegħi huwa abjad u jien artab u komdu ħafna. Hemm xi kuxins ikkuluriti fuq żaqqi. Tgħidx kemm nieħu gost meta Katya jew Martina ifarfruni mill-frak tal-ħobż għax jgħarxuni. Imma tgħidx kemm niddejjaq meta Katya u Martina joqgħodu jaqbżu fuqi. Darba l-qattus u l-kelb ta’ Katya u martina telgħu fuqi u qagħdu jigirfuni. Ma tantx ħadt gost u l-mama’ tgħidx kemm għajtet! Jiena kuntent ħafna li jien sufan tassew sabiħ, kbir u komdu.
Nicole Porter

Jiena sufan jisimni Natuzzi. Jien għandi tleit snin. Jiena qegħda ġo villa kbira u sabiħa. Jiena sufan kbir u l-kulur tiegħi huwa roża. Jiena nieħu gost meta Ġuża toqgħod tnaddafni. Niddejjaq meta t-tfal ta’ Ġuża joqgħodu jaqbżu fuqi. Darba waħda Fredu r-raġel ta’ Ġuża beda jpejjep u raqad bis-sigareet f’idu u taqqabni. Jiena kuntent ħafna fil-villa ta’ Ġuża u ta’ Fredu.
Leona Grech

Jiena jisimni Sufaninu. Jiena għandi ħames snin. Jien qiegħed fid-dar ta’ Marisa. Jien ta’ kulur oranġjo u joqgħodu ħafna nies fuqi. Jiena nieħu gost meta nilgħab ma sħabi. L-iktar li niddejjaq meta l-qattus jiġi u joqgħod jigrifni. Darba fid-dar ta’ Marisa ġew il-mistednin u poġġew kollha u kont se ninqasam. Jien kuntent ħafna għax f’din id-dar għamilt il-ħbieb.
Haley Bugeja

Jiena jisimni Martina u għandi seba’ snin. Jiena ngħix ġod-dar ta’ Tanya Treeby. Jiena sufan kbir u għandi kulur roża skur. Nieħu gost ħafna meta t-tfal, Katya u Nicole jiġu jaqbżu fuqi. Tgħidx kemm nieħu gost narahom jaqbżu ‘l fuq u ‘l isfel! Niddejjaq meta r-raġel ta’ Tanya, Michael jiġi jorqod fuqi għax tgħidx kemm jgħaffiġni. Jiena qabel kont għidt li kelli kulur roża skur imma qabel kelli kulur vjola bit-tikek sofor. Darba xi ħadd ħalla ż-żebgħa fuqi, ġie l-kelb u waqgħu fuqi. Imma xorta kuntenta li ngħix hawnhekk.
Martina Treeby

Jiena jisimni Sufaninu. Għandi ħames snin. Jien noqgħod ġo dar sabiħa li hija ta’ Marija. Jiena kbir u għandi kulur aħmar bi strixxi sofor. Jiena nieħu gost meta Marija taħsilni. Jiena niddejjaq meta r-raġel ta’ Marija jorqod fuqi għax tgħidx kemm jonħor. Darba r-raġel ta’ marija kien qed ipejjep u waqqa’ ftit tabakk fuqi u għamilli toqba. Jiena kuntent li noqgħod ġod-dar ta’ Marija.
Christian Borg



No comments:

Post a Comment