Thursday, March 1, 2012

Jien iljunfant

Jiena Dumbo l-iljunfant. Jiena kbir, griz, oħxon u għandi ħames snien. Xi kultant jiena nħobb niekol xi karawetta u l-iktar li nħobb huwa l-weraq frisk. jiena ngħix ġo ġungla kbira u sabiħa.
Jiena nuża t-tromba biex niekol, inxomm, nixrob u biex nitfa l-ilma fuqi. Darba jiena kilt banana u ħallejt il-qoxra tagħha mal-art. Meta għadda ħija zelaq u ġie fuq ġembu. Tgħidx kemm dħaqt bih.
Jiena kuntent ħafna li jien iljunfant u ngħix fil-ġungla.
Christian Borg

Jien iljunfant u jisimni Kikina. Għandi tmien snin. Jiena griża u niekol ħafna għalhekk jien naqra boċċa ħdejn sħabi.
Il-familja tiegħi u jien ngħixu fil-ġungla. Hemm ħafna annimali differenti, imma kollha ħbieb.
L-iktar li nħobb niekol huma l-karawett, l-frott u l-ħaxix. Il-passatemp tiegħi hu li mmur fix-xmara mal-ħbieb tiegħi Simpi ż-żebra u Ġiġi l-ġiraffa. Jien dejjem nerbaħilhom għax bit-tromba tiegħi intajjar ħafna ilma. Darba kont sejra nittanta lil Ġiġi u lil Simpi, mlejt it-tromba bl-ilma u jiena u sejra rajt ġurdien. U tant werżaqt li sħabi ndunaw. Bil- biża' bdejt miexi lura u waqajt għall-patata fit-tajn u kulħadd beda jidħak bija.
Jien kuntenta għax għandi ħafna ħbieb ta' veru u issa għandi ħabib ġdid Jerry il-ġurdien.
Faith Frendo

Jien jisimni Nicky. Jiena iljunfanta ferriħija ħafna u nħobb nilgħab bil-ballun. Għandi tmien snin u ngħix fl-Afrika. Inħobb niekol il-frott u l-ħaxix. Inħobb immur passiġġati twal u wara mmur fix-xmara. Jiena nuża t-tromba biex ninħasel, niekol, nixrob u naqta' l-ħaxix mill-għoli. Darba jien u oħti Micky konna qed nilgħabu bil-ballun u Micky żelqet fuq il-ballun u waqgħet gaħll-wiċċa u tgħidx kemm dħakna.
Jiena kuntenta ħafna għax gaħndi familja kbira u tħobbni.
Nicole Sciberra

Jiena jisimi Simba u għandi seba' snin. Jiena iljunfanta kbira u griża. Jiena ngħix ġo ġungla sabiħa mimlija annimali. Inħobb niekol il-ħaxix u nħobb ninħasel bl-ilma frisk li nitfa' fuqi bit-tromba tiegħi. Nuża t-tromba ukoll biex nixrob u biex niekol. Jiena kuntenta li ngħix hawnhekk għax għandi ħbieb u l-familja tiegħi miegħi.
Martina Treeby

Jiena iljunfant u jisimni Dumbo. Il-kulur tiegħik huwa griż u jiena naqra kbir u oħxon. Jien għandi sentejn. Ngħix fil-ġungla mal-familja tiegħi. Inħobb niekol ħafna karawett u frott frisk. Inħobb nilgħab ma' ħuti bl-ilma. Darba imlejna t-tromba u xarrabna lil ħija ż-żgħir u beda jibki.
Aħna l-iljunfanti nibżgħu ħafna mill-ġrieden. Jien ninsab kuntent mal-familja. Ninsab kuntent li jien iljunfant.
Liam Abela

Jiena jisimni Flora. Jiena iljunfanta kbira, ħoxna u għandi kulur griż. Għandi tmien snin. L-Afrika huwa il-post fejn ngħix jiena. Inħobb niekol ħafna frott, ħaxix u karawett. Inħobb inżel ngħum ġo l-għadajjar. Nuża t-tromba biex nixrob u ninħasel. Si ħaġa tad-dahk fuqna l-iljunfanti hi li aħna nibżgħu mil-ġrieden. Jiena kuntenta ħafna għaliex ngħix ma sħabi l-iljunfanti l-oħra.
Leona Grech

Jiena jisimni Dumbo. Jiena ta' kulur griż u għadni żgħir. Għandi ħames snin u ngħix ġol-ġungla. L-ikel favorit tiegħi huwa l-ħaxix. L-aktar li nħobb nagħmel hu nilgħab ma' sħabi l-annimali. Darba kont miexi u kelli rasi l-isfel u bqajt dieħel ġo siġra u kulħadd beda jidħak. Jiena nħossni kuntent ħafna għax għandi ħafna ħbieb.
Haley Bugeja

Jien jisimni Logen. Jien għandi widnejja u mbieħri u dembi twal. Għandi erba' saqajn. Il-kulur tal-ġilda tiegħi hi griża. Għandi seba' snin. Jiena ngħix fil-ġungla. L-ikel favorit tiegħi hu ħaxix u frott. L-aktar li nħobb nagħmel hu ninħasel u nilgħab ma' sħabi. It-tromba nużaha biex nixrob, ninħasel, biex naqbad xi ħaġa u biex inxarrab lil sħabi.
L-aktar darba li dħaqt kien meta għamilna tellieqa u wara morna l-baħar u qgħadna nxarbu lil xulxin.
Jiena kuntent ħafna li jien ilju nfant għax kbir u oħxon.
Logen Attard

Jiena jisimni Lilo. Jien iljunfant kbir, oħxon u griż ċar. Jien għandi wieħed u sebgħin sena u għalhekk jien iljunfant xiħ. Jien ngħix f'ġungla kbira ħafna, b'ħafna siġar twal. Inħobb niekol laħa,, frott frisk u karawett. Tgħidx kemm inħobb norqod fix-xemx. Wara nofinhar nimla it-tromba bl-ilma u mbagħad noqgħod nonfħu 'il barra. Darba xarrabt xadina li kienet bi kwieta tiekol banana u tgħidx kemm bdiet tirrabja. Jien kuntent ħafna f'din ilġungla għax ngħix f'post kbir u għandi ħafna ħbieb.
Nicole Porter
Bravi tfal

No comments:

Post a Comment