Nhar it-Tlieta 20 ta' Marzu, il-klassijiet kollha tat-tielet sena żaru l-ġonna ta' San Anton, kif ukoll il-Ġnien tal-Kċina tal-President jew kif inhu magħruf 'The President's Kitchen Garden'.
Il-klassi tagħna bdiet billi dħalna fil-Ġnien tal-Kċina tal-President. Hawnhekk rajna frott u ħxejjex differenti li jinsabu miżrugħa f'dan il-ġnien. It-tfal żergħu ukoll xi żrieragħ u ħadnihom magħna l-iskola. Morna naraw ukoll l-annimali li jinsabu hawnhekk. Wara xi sagħtejn induru hawn qsamna u dħalna fil-Ġonna ta' San Anton. Hawnhekk waqafna nieklu u dorna u rajna ħafna fkieren, papri, fjuri u siġar. Spiċċajna din iż-żjara billi għamilna 'trunk rubbing'. Ġbarna ukoll xi weraq li kienu waqgħu mis-siġar ma l-art u ħadnihom magħna l-iskola, biex hemm għamilna 'leaf rubbing' u ktibna xi sentenzi dwar din il-ġurnata tagħna..
Hawn taħt tistgħu taraw xi ritratti li ħadt it-tfal waqt din il-ħarġa. :)
No comments:
Post a Comment