Thursday, March 24, 2011

Il-pitirross

Il-pittirross huwa għasfur ċkejken u għandu għanja ħelwa ħafna. Dan l-għasfur għandu sidru aħmar u rasu żgħira. Il-pitirross jiġi jżurna bejn Ottubru u Marzu u jiġu l-aktar mit-tramuntana tal-Ewropa. Dan l-għasfur huwa mħares mill-liġi, għalhekk mhux sewwa li naqbduh imma nħalluh jgħix fil-liberta'. Hu jħobb jiekol dud u nsetti.

Nhar l-Erbgħa tkellima, pinġejna u ktibna dwar il-pitirrossi. Għamilna ukoll krafts u dendilna dawn l-għasafar madwar il-klassi kollha.

No comments:

Post a Comment