Wednesday, March 23, 2011

Ir-rebbiegħa

Dawn huma xi kitbiet li kitbu t-tfal dwar ir-rebbiegħa.

Ir-rebbiegħa
Ir-rebbiegħa tibda fil-21 ta' Marzu. It-temp ikun sabiħ u xemxi. Fir-rebbiegħa nibdew nilbsu ħwejjeġ ħfief. L-għasafar ikollhom il-friegħ. Fir-rebbiegħa s-siġar jerġgħu jibdew jintlew bil-weraq. Nibdew naraw ħafna fjuri sbieħ. Fil-kampanja naraw ħafna naħal fuq il-fjuri. Fir-rebbiegħa niċċelebraw ħafna festi imma l-aktar festa hija l-Għid il-Kbir. Ir-rebbiegħa tispiċċa fl-20 ta' Ġunju.
Dejean Pisani

Ir-rebbiegħa
Ir-rebbiegħa tibda fil-21 ta' marzu u tispiċċa fl-20 ta' Ġunju. Fir-rebbiegħa la tkun ħafna kesħa u lanqas ħafna sħana. Fir-rebbiegħa nilbsu ħwejjeġ ħfief. Fir-rebbiegħa l-għasafar jagħmlu l-bejta u jkollhom il-friegħ. Is-siġar itellgħu l-weraq u l-fjuri. Il-kampanja tkun mimlija fjuri u l-ħaxix ikun aħdar u frisk. Il-friefet itiru fuq il-fjuri u n-naħal jagħmlu l-għasel. Fir-rebbiegħa niċċelebraw il-festa ta' l-Għid il-Kbir.
Maria Ebejer

Ir-rebbiegħa
Ir-rebbiegħa tibda fil-21 ta' Marzu u tispiċċa fl-20 ta' Ġunju. It-temp ikun sabiħ u xemxi. Nilbsu ħwejjeġ li jkunu rqaq imma xorta nilbsu xi ġakketta. L-għasafar fir-rebbiegħa jagħmlu l-bejta tagħhom. Il-weraq jibdew jikbru u jagħmlu l-frott. Il-kampanja tkun sabiħa ħafna. Il-friefet u n-naħal jibdew itiru minn fjura għal oħra. Fir-rebbiegħa niċċelebraw il-festa kbira tal-Għid.
Ismael Xerri

Ir-rebbiegħa
Ir-rebbiegħa tibda fil-21 ta' Marzu u tispiċċa fl-20 ta' Ġunju. It-temp ikun sabiħ ħafna. Fir-rebbiegħa nilbsu ħwejjeġ aktar irqaq. L-għasafar jibnu l-bejta tagħhom fuq is-siġar. F'dan l-istaġun is-siġar jagħmlu ħafna frott. Fil-kampanja nibdew naraw ħafna fjuri ikkuluriti ta' kull għamla. Il-friefet u n-naħal joqgħodu jtiru minn fuq fjura għall-oħra. Fir-rebbiegħa niċċelebraw il-festa tal-Għid il-Kbir.
Elenia Haber

Ir-rebbiegħa
Ir-rebbiegħa tibda fil-21 ta' Marzu. Ir-rebbiegħa tispiċċa fl-20 ta' Ġunju. It-temp jibda jisħon u ma nibqgħux nilbsu ħwejjeġ ħoxnin. Il-kampanja tintela bil-fjuri ikkuluriti. Is-siġar jibda jkollhom ħafna weraq ġodda u l-għasafar jagħmlu l-bejta tagħhom. In-naħal u l-friefet jibdew itiru minn fjura għall-oħra. Fir-rebbiegħa niċċelebraw il-festa kbira tal-Għid.
Isaac Gauci

Ir-rebbiegħa
Ir-rebbiegħa tibda fil-21 ta' Marzu. Tispiċċa fl-20 ta' Ġunju. It-temp fir-rebbiegħa ikun xemxi u sabiħ. Fir-rebbiegħa aħna nilbsu ħwejjeġ irqaq. L-għasafar jagħmlu il-bejta tagħhom. Fir-rebbiegħa is-siġar jibdew itellgħu weraq ġodda. Il-kampanja tkun sabiħa għax tara ħafna fjuri ikkuluriti. Il-friefet u n-naħal jibdew itiru minn fjura għall-oħra. Fir-rebbiegħa niċċelebraw il-festa tal-Għid.
Nelly Sant

No comments:

Post a Comment