Wednesday, March 9, 2011

Ir-Randan


Illum l-Erbgħa 9 ta’ Marzu, il-Knisja Kattolika tagħti bidu għaż-żmien tar-Randan Mqaddes,(twil 40 ġurnata) li matulu l-insara jippreparaw ruħhom bit-talb, b'xi sagrifiċċju u bil-karita', għall-festa kbira tal-Għid il-Kbir. Fil-Quddies tal-llum (Ras ir-Randa) isir it-tqegħid tal-irmied. Waqt dan is-sacerdot jgħid ‘Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba’ jew 'Ftakar li trab kont u trab trid terġa’ ssir.’ L-irmied isir mill-friegħi tas-siġar taż-żebbuġ li jkunu tbierku f’Ħadd il-Palm ta’ sena ilu.

No comments:

Post a Comment